Saturday, September 14, 2024

Paris Saint-Germain mistennija jċedu sa disa’ players tal-ewwel team

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain mistennija jċedu sa disa’ players tal-ewwel team fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

It-team mill-kapitali Franċiża jinsab 15-il punt distakk minn ma’ Marseille u Nice fil-quċċata tal-klassifika tal-Ligue 1 iżda sofra eliminazzjoni bikrija miċ-Champions League għas-spejjeż ta’ Real Madrid fir-round tal-aħħar 16 aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-futur ta’ Mauricio Pochettino fit-tmexxija tal-Pariġini jinsab f’dubju serju, u huma jistgħu jċedu disa’ players tal-ewwel tim mill-kont tal-pagi tagħhom f’dan l-istaġun.

Iż-żewġ players li dalwaqt ikunu free agents Kylian Mbappe u Angel Di Maria jidhru li huma lesti li jħallu l-club, b’tal-ewwel għadu mistenni li jiffinalizza free transfer ma’ Real Madrid.

Layvin Kurzawa, Leandro Paredes, Julian Draxler, Idrissa Gueye, Ander Herrera u Thilo Kehrer jistgħu wkoll jitilqu, b’PSG lesti għal xi tip ta’ ristrutturar f’nofs il-ground.

Fl-aħħar nett, is-sitt injury ta’ Sergio Ramos fil-Parc des Princes tista’ twassal l-espererjenza tiegġu mal-Pariġini iktar kmieni milli mistenni dan is-sajf, b’Leonardo dan l-aħħar jammetti li l-firma tad-difensur ċentrali kienet “żball”.

Minbarra d-disa’ players imsemmija, Georginio Wijnaldum jidher li xeħet ħarstu fuq ritorn fil-Premier League wara li naqas milli jħalli impatt konsistenti mal-Pariġini.

Ekonomija

Sport