Friday, October 11, 2024

Paris SG għadhom qed jinsistu fuq Victor Osimhen

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Paris St Germain matul din il-ġimgħa se jkunu qed jaħdmu qatigħ sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen. Dan tal-aħħar se jitlaq lil Napoli wara erba’ snin hekk kif jixtieq jibda avventura ġdida.

PSG qed ifittxu attakkant minflok Kylian Mbappe li għadu kemm iffirma ma’ Real Madrid. Mill-banda l-oħra, jistenna x’ser jiġri hemm l-attakkant internazzjonali Belġjan Romelu Lukaku li mistenni jingħaqad ma’ Napoli hekk kif iwarrab Osimhen.

PSG mistennija jixtru lil Osimhen għal €90 miljun.

Sport