Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain qed jaħsbu sabiex iġibu goalkeeper ieħor li jkun ta’ kompetizzjoni għal dak attwali Gianluigi Donnarumma. It-tim immexxi minn Luis Enrique jrid lil Ederson li hu goalkeeper Brażiljan li bħalissa jiddefendi l-lasti ta’ Manchester City.
Ederson kien issemma’ xi sena ilu li jista’ jmur fl-Etihad Stadium iżda xejn ma seħħ. Issa dan tal-aħħar jista’ jagħmel xi tip ta’ trasferiment li possibbilment jista’ jsir matul is-sajf li ġej.
Sadanittant, Manchester City sostnew li Ederson mhux għall-bejgħ.