Paris St-Germain ħabbru li jridu jneħħu lill-attakkant internazzjonali Brażiljan, Neymar, u jekk fis-sajf li ġej tiġi offerta huma lesti li jinnegozjawha.
Dan il-player ta’ 30 sena għandu r-rekord tas-suq tat-trasferimenti meta l-Pariġini akkiwstawh għal £198 miljun mingħand Barelona, fl-2017.
Il-fatt li huwa naqas ferm mir-rendiment tiegħu fil-ground u r-relazzjoni ma’ Kylian Mbappe mhijiex waħda tajba, il-Pariġini jridu jneħħuh minn fuq il-kotba tagħhom.
Min-naħa ta’ Neymar, huwa jrid jibqa’ maċ-champions Franċiżi minħabba li għandu salarju fenomenali ta’ €800,000 fil-ġimgħa hekk kif il-kuntratt tiegħu jintemm tliet snin oħra.
Problema oħra għal Paris St-Germain hija li ħadd mill-clubs il-kbar madwar l-Ewropa m’huwa interessati fis-servizzi tiegħu. Newcastle United biss jistgħu joffrulu l-istess paga … iżda Neymar ma jridx jingħaqad magħhom.