Paris St-Germain jinsabu lesti li jħallu lil Kylian Mbappe jingħaqad ma’ Liverpool iżda qed jippjanaw li jsir bdil mal-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah.
Rapporti mill-belt kapitali Franċiża qed isostnu li Mbappe mhuwiex kuntent mal-Pariġini iżda l-coach Christophe Galtier m’għandu ‘l-ebda intenzjoni’ li jċedih f’Jannar li ġej.

Il-coach, Jurgen Klopp, huwa ammiratur kbir tal-player ta’ 23 sena, b’Real Madrid m’għadhomx interessati fil-firma tiegħu.
Għaldaqstant teżisti possibbiltá li d-destinazzjoni preferuta tiegħu hija Anfield.
Peró wieħed irid jara kemm Liverpool huma lesti li jċedu lil wieħed mill-aqwa players tagħhom.