Paris St Germain jinsabu ferm interessati li jmorru għall-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan Bruno Guimaraes. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u jilgħab ma’ Newcastle United fejn lagħab 68 partita u skorja 10 gowls.
Il-Pariġini huma lesti li jħallsu s-somma ta’ €116 miljun basta jakkwistawh bil-kowċ Luis Enrique li jridu verament fl-iskwadra tiegħu.
Guimaraes għadu bejn ħalltejn x’għandu jagħmel għalkemm il-flus li qed joffrulu, hu diffiċli li jirrifjuta.