Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain ħabbru li kisbu l-firma tal-attakkant Hugo Ekitike mingħand Reims. Dan il-player jilgħab mat-team nazzjonali Franċiż ta’ taħt l-20 sena u kien qed jinteressa wkoll lil Newcastle United fl-Ingilterra. Minkejja kollox, id-diriġenti Franċiżi kienu aktar effiċjenti fl-offerta tagħhom ta’ €30 miljun flimkien ma’ xi bonuses sabiex antiċipaw kull mossa tal-Magpies.
Min-naħa tiegħu, Ekitike deher ferm kuntent li ngħaqad ma’ dan it-team glorjuż Franċiż u wiegħed li se jagħmel minn kollox sabiex jgħin lit-team jikseb riżultati tajbin.