Paris St Germain huma lesti li joffru kuntratt ġdid lill-kowċ tagħhom Luis Enrique. Dan tal-aħħar għandu 54 sena u ilu jmexxi lit-tim mill-belt kapitali Franċiża għal dawn l-aħħar żewġ staġuni fejn kompla jibni tim b’saħħtu ferm.
Id-diriġenti Pariġini jidhru ħerqana li jġeddulu dan il-ftehim li jiskadi f’Ġunju li ġej. Ħafna qed jgħidu li din mhux xi ħaġa diffiċli minħabba li l-eks midfielder Spanjol jinsab għal qalbu f’Pariġi.
L-istatistika tgħid li minn 56 partita, Luis Enrique rebaħ 37 partita, ġie draw 12-il darba u tilef seba’ logħbiet.