Paris St Germain huma interessati li jakkwistaw il-firma tal-attakkant, Randal Kolo Muani. Dan il-plejer ftit magħruf għandu 24 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Eintracht Frankfurt. Hu s’issa kellu staġun eċċezzjonali hekk kif skorja 13-il gowl f’27 partita milgħuba.
Muani qed jibda jiġi inkluż mat-tim nazzjonali Franċiż immexxi minn Didier Deschamps fejn s’issa lagħab seba’ gowls u kellu x-xorti jiskorja l-ewwel gowl għal pajjiżu.
Kolo Muani lagħab ukoll ma’ Nantes u Bourgogne.