Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain qed jibżgħu li l-istilla tagħhom Neymar Junior jista’ jitlef kull test mediku li jista’ jagħmel ġaladarba jitlaq lill-klabb fis-snin li ġejjin.
Il-plejer Brażiljan kellu injury fl-għaksa fid-19 ta’ Frar li għadda kontra Lille u kellu jagħmel operazzjoni f’Doha biex jibda jfiq bil-mod il-mod.
Neymar ġie avviċinat minn xi klabbs mill-Premier League Ingliż għalkemm l-għaksa fraġli tiegħu kapaċi ttellfu minn xi forma ta’ trasferiment.