Friday, November 15, 2024

Paris St Germain immultati €10 miljun mill-UEFA talli kisru r-regoli tal-FFP

Aqra wkoll

Paris St-Germain huma wieħed mit-tmien clubs li se jiġu mmultati mill-korp governattiv tal-football Ewropew, il-Uefa, talli kisru r-regoli tal-Financial Fair Play.

PSG ġew ordnati jħallsu €10 miljun mingħajr kundizzjonijiet talli ma kkonformawx mar-regoli tal-“break-even” u jistgħu jħallsu sa €65 miljun skont il-konformità futura.

Ir-rekwiżiti tal-“break-even” huma fejn il-clubs ikunu ordnati li ma jonfqux aktar mid-dħul li jiġġeneraw, u li jridu jibbilanċjaw il-kotba tagħhom matul tliet snin.

Il-UEFA qalet lil 19-il club ieħor li se jkunu “immonitorjati mill-qrib” fis-snin li ġejjin.

Dawn jinkludu lil Chelsea, Leicester City, Manchester City, West Ham u Rangers.

Is-sanzjonijiet applikaw għall-clubss li lagħbu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA 2021-22 u li ġew wara analiżi tas-snin finanzjarji 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022.

Is-seba’ clubs l-oħra meħtieġa biex jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji huma Milan, Inter, Roma, Juventus, Besiktas, Marseille u Monaco.

Flimkien ma’ PSG, se jħallsu mill-inqas €26 miljun iżda sa total ta’ €172 miljun

Dawn il-multi jitħallsu direttament jew jinżammu minn kwalunkwe dħul li l-clubs jaqilgħu mill-kompetizzjonijiet Ewropej.

Ekonomija

Sport