Fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat Franċiż, Paris St-Germain ġew inkurunati champions meta quddiem il-partitarji tagħhom stess għelbu lil Metz bl-iskor ta’ 5-0 fejn Kylian Mbappe (25, 28, 50) skorja hat-trick biż-żewġ goals l-oħra jaslu minn Neymar (31) u Angel Di Maria (67) b’dan tal-aħħar isellem lill-partitarji bi stil hekk kif se jħalli lill-club biex jingħaqad ma’ Juventus.
Il-Pariġini kienu ilhom li ġew dikjarati champions iżda s-Sibt ġew ippreżentanti bit-trofew tar-rebħ tat-titlu.