Waqt il-partita ta’ ħbiberija li Paris St Germain lagħbu kontra Inter u li tilfu bl-iskor ta’ 2-1, il-kowċ Luis Enrique ħalla barra lill-attakkant Marco Verratti. Ħafna qed jgħidu li din il-mossa kienet waħda intenzjonata wara li fl-aħħar sigħat tħabbar li l-eks plejer ta’ Pescara qed jiġi segwit minn Al Hilal fl-Arabja Sawdija.
Id-diriġenza Pariġina issa trid tisma’ iktar minn fomm il-plejer u anke xi tip ta’ kjarifikazzjoni mingħandu dwar l-intenzjonijiet tiegħu.
Verrati ilu għal żmien twil ma’ PSG fejn lagħab 276 partita mill-2012 ‘l hawn u skorja seba’ gowls.