Paris St Germain ġew miżmuma f’darhom minn Reims bl-iskor ta’ 1-1 minkejja li għall-ewwel darba mindu spiċċat it-Tazza tad-Dinja 2022, it-tliet players – Kylian Mbappe, Lionel Messi u Neymar – kienu fil-formazzjoni inizjali.
Iżda l-protagonista kien l-attakkant ta’ Reims, Folarin Balogun, li kisebid-draw fil-ħin miżjud biex issa id-distakk fil-quċċata naqas għal tliet punti fil-konfront ta’ Lens li jinsabu fit-tieni pożizzjoni.
Wara taqsima mingħajr goals kien Neymar (51) li fetaħ l-iskor għal PSG biex dan kien it-12-il goal tiegħu fil-kampjonat … wieħed inqas mill-aqwa skorer, Mbappe.
Fit-59 minuta, il-Pariġini spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Marco Verratti għal foul ikrah fuq il-Ġappuniż, Junya Ito.
U meta kollox deher li PSG kienu se jieħdu t-tliet punti, fis-96 minuta Balogun kiseb id-draw għal Reims meta kkonnettja għal pass fit-tul biex għeleb lid-difensur veteran, Sergio Ramos, qabel spara kanunata għal ġox-xibka.