Wednesday, October 9, 2024

Paris St Germain viċin li jiffirmaw li Fabian Ruiz

Aqra wkoll

Jidher li Paris St Germain għelbu lil Real Madrid għall-firma tal-midfielder Spanjol ta’ Napoli, Fabian Ruiz.

Rapporti fil-media Taljana qed isostnu li teżisti possibbiltá kbira li t-trasferiment se jsir porprju fil-jiem li ġejjin.

Oriġinarjament, Napoli kellhom il-ħsieb li jżommu lil dan il-player ta’ 26 sena iżda huma bidlu l-fehma tagħhom u għaldaqstant jinsab fuq il-lista tat-trasferimenti.

Il-Madrileni kienu qed jistennew lil Ruiz jingħaqad magħhom bi free transfer hekk kif jintemmlu l-kuntratt f’Ġunju 2023.

Iżda issa daħlu għalih il-Pariġini … bit-talba tan-Naplitani tkun dik ta’ €30 miljun.

Sport