Saturday, December 21, 2024

Parkeġġ bla ħlas għall-Outpatient Services fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li mill-1 ta’ Novembru 2024 il-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei ser ikun b’xejn għall-pazjenti (outpatients) li jmorru l-Isptar għal visti u kura fl-Isptar tal-Onkoloġija (SAMOC), għal servizzi fid-Dipartiment tal-Outpatients, kif ukoll pazjenti li jmorru għal servizzi tar-radjologija (X-ray, ultrasound, CT, MRI, nuclear imaging) fil-Medical Imaging Department. 

Il-Ministru Abela spjega kif kull xahar madwar 55,000 persuna tagħmel użu minn dawn is-servizzi fl-Isptar Mater Dei u għaldaqstant il-Gvern qed jimplimenta din l-inizjattiva sabiex dawn il-pazjenti ma jibqgħux iħallsu għal parkeġġ. 

Ġie spjegat li mill-1 ta’ Novembru dawn il-pazjenti għandhom jippreżentaw l-appuntament flimkien mal-karta tal-identità u l-biljett tal-parkeġġ, fir-reception prinċipali taI-Isptar. Dan sabiex il-biljett jiġi validat u ma jsir l-ebda ħlas mal-ħruġ mill-parkeġġ.

“Aħna nemmnu li sptar tal-Gvern huwa tan-nies u għan-nies. Għalhekk huwa xieraq li din il-miżura favur il-pazjenti Maltin u Għawdxin tidhol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun,” sostna il-Ministru Abela.

Il-Ministru Jo Etienne Abela temm jgħid li din hi l-ewwel fażi ta’ din l-inizjattiva hekk kif qed tiġi esplorata l-possibbiltà li din il-miżura tiġi estiża għall-qraba li jżuru familjari tagħhom rikoverati l-isptar.

Ekonomija

Sport