Tuesday, June 24, 2025

Parkeġġ ġdid għall-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Ħaddiema fl-Isptar Mater Dei se jkollhom aċċess għall-parkeġġ il-ġdid li se joffri madwar 135 spazju ġdid u jinsab viċin iċ-Ċentru tal-Onkoloġija. Dan sar b’investiment ta’ €700,000 u jifforma parti minn viżjoni aktar usa’ ta’ titjib infrastrutturali fil-qalba tas-sistema tas-saħħa pubblika u fl-istess waqt jindirizza l-bżonnijiet tal-ħaddiema.

Dan tħabbar waqt żjara mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) Dr Robert G. Xuereb.

Il-Ministru Jo Etienne Abela sostna li dan il-parkeġġ huwa eżempju konkret ta’ kif qed jagħtu prijorità lill-ħtiġijiet tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. “Investiment fl-ispazji kliniċi hu kruċjali, iżda huwa essenzjali wkoll li ninvestu f’faċilitajiet ta’ sostenn bħal dan. L-istaff jagħti servizz mill-aktar sensittiv u impenjattiv, u huwa importanti li noffrulhom ambjent san u l-appoġġ li jistħoqqilhom”, qal il-Ministru Abela.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FMS, Dr Robert G. Xuereb ikkummenta li l-FMS mhux biss qed timpenja ruħha biex toħloq infrastruttura u spazji kliniċi moderni, iżda wkoll faċilitajiet prattiċi li jgħinu lill-professjonisti jagħtu l-aħjar servizz possibbli.

Waqt ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett instab qabar Puniku antik ta’ madwar 2,300 sena. Dan ġie skavat b’kollaborazzjoni mill-qrib mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH), li skavat b’attenzjoni l-fdalijiet u l-artefatti kollha qabel ma l-ħidma fuq il-parkeġġ tkompliet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport