Sunday, November 24, 2024

Partey, Leno u Balogun mhux inklużi fl-iskwadra ta’ Arsenal għat-tour tagħhom tal-pre-season fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, iddeċieda li jħalli lil Thomas Partey, Bernd Leno u Folarin Balogun barra mill-iskwadra tal-Gunners għat-tour tagħhom tal-pre-season fl-Istati Uniti.

It-team immexxi minn Arteta diġà għeleb lil Nuremberg u Ipswich Town f’partiti ta’ ħbiberija dan ix-xahar u se jikkompeti fil-Florida Cup kontra Orlando City u Chelsea fl-20 u fit-23 ta’ Lulju rispettivament.

Arsenal se jibdew it-tour tagħhom fl-Istati Uniti kontra Everton fiċ-Charm City Match fis-16 ta’ Lulju u se jtemmu l-pre-season tagħhom b’partita kontra Sevilla fit-f’Londra fil-finali tal-Emirates Cup fit-30 ta’ Lulju.

Sport