Friday, April 26, 2024

Parti kbira mill-pazjenti bil-Covid li kienu fl-ITU ma kinux imlaqqmin

Aqra wkoll

Pazjenti li fix-xahrejn bejn il-15 ta’ Settembru u l-15 ta’ Novembru ta’ din is-sena kienu pożittivi għall-Covid-19 u tpoġġew għal kura intensiva fl-isptar Mater Dei, fil-parti l-kbira tagħhom ma kinux imlaqqmin.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li tkellem dwar dan fil-parlament fejn qal li l-istatistika turi li fix-xahrejn imsemmija kien hemm 1,475 każijiet li rriżultaw pożittivi għal Covid-19. 

Il-Ministru Fearne enfasizza illi mill-ammont kollu ta’ każi pożittivi, 341 qatt ma ħadu t-tilqima filwaqt li 5 ħadu biss l-ewwel doża. Kien hemm ukoll 1,111 li kienu mlaqqmin kompletament.

Fl-istess perjodu, il-pazjenti pożittivi għall-Covid-19 li kienu għal kura intensiva fl-isptar, fil-parti l-kbira tagħhom ma kinux imlaqqmin waqt li dawk li kienu imlaqqmin ma kinux għadhom ħadu l-booster.

Sport