Minn għada t-Tlieta, 12 ta’ Lulju, sat-Tnejn ta’ wara, 18 ta’ Lulju, kull lejl mit-8:00 p.m. sal-5:00 p.m. tal-għada filgħodu MINBARRA s-Sibt billejl, parti minn Triq Sant’Andrija (bejn Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan) se tkun qed tinkesa mill-ġdid wara li nbnew spralli ġodda għall-ilma tax-xita. Dan tħabbar fis-sigħat li għaddew minn Infrastructure Malta.
It-triq se tkun magħluqa fiż-żewġ direzzjonijiet bejn kantuniera ma’ Triq Normandy f’Pembroke u kantuniera mal-junction ta’ Paceville, billejl waqt ix-xogħlijiet.
Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex isegwu t-tabelli għal toroq oħrajn viċin jew jgħaddu minn toroq alternattivi.