Il-kumpaniji l-kbar li joffru servizz ta’ mobile fi Spanja spiċċaw bi ħsarat kbar f’partijiet kbar tal-pajjiż. Dan seħħ ftit ġimgħat biss wara li fil-pajjiż kien hemm qtugħ ta’ dawl.
Kien għall-ħabta tal-5.00am meta bdew il-problemi fil-linji tal-mobile sakemm imbagħad inqata kollox.
Il-bliet affetwati huma Madrid, Malaga, Barcelona, Valencia, Murcia, Seville, u Bilbao.
Miljuni kbar ta’ persuni bdew jirraportaw li ma kellhomx linja fil-mobile tagħhom u anke lanqas kellhom internet.
Is-Servizz tal-Emerġenza ħareġ diversi avviżi biex f’każ li jkun hemm emerġenzi n-nies għandhom iċemplu fuq numru partikolari li jidher li jaqbad mingħajr linja biex b’hekk ħafna mis-servizzi baqgħu joperaw.