Thursday, December 19, 2024

Partijiet mill-kosta ta’ Lvant tal-Istati Uniti milquta minn maltempati ta’ silġ

Aqra wkoll

Partijiet kbar mill-Kosta tal-Lvant tal-Istati Uniti jinsabu pparalizzati minn ammont kbir ta’ silġ li niżel. Dan wassal għal kaos fis-sistema tat-trasport kif ukoll eluf ta’ djar spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku.

Minħabba l-ammont kbir ta’ silġ u riħ qawwi li qiegħed jaħkem ħames stati li kellhom jiddikjaraw emerġenza. F’ċertu partijiet ta’ Massachusetts niżel saħansitra 75 ċentimetru ta’ silġ u r-residenti ngħataw il-parir biex jibqgħu d-dar u ma joħorġux. Apparti hekk f’dan l-istat xejn inqas minn 80,000 residenza spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku.

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, xejn inqas minn 6,000 titjira kellhom jiġu kkanċellati madwar l-Istati Uniti, iżda fortunatament il-kundizzjonijiet bdew jitjiebu llum. 

Uffiċjali li tkellmu mal-midja qalu li s-sitwazzjoni f’għadd ta’ stati hija prekarja ħafna, u dan minħabba li kull siegħa kien qiegħed jinżel madwar 10 ċentimetru ta’ silġ u b’hekk il-ħaddiema ma setgħux ilaħħqu miegħu. Kawża ta’ dan għadd ta’ toroq spiċċaw imblukkati u ma jistgħux jintużaw.

Ekonomija

Sport