Tuesday, December 24, 2024

“Partit immexxi minn Robert Abela se jibqa’ jħabbar aktar proġetti ta’ investiment”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika fil-Gżira, jiem biss wara l-budget, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, fost wieħed mill-kelliema spjega dwar kemm bħala Maltin għandna biex inħossuna kburin b’dan il-budget li għadu kemm tħabbar. 

Il-Ministru qal li jiem bħal dawn kapaċi jgħinuna nirrikonoxxu aktar il-kapaċitajiet tat-tmexxija ta’ pajjiżna. Schembri spjega li kulħadd kapaċi jsegwi l-aħbarijiet barranin u filwaqt li pajjiżi ħafna akbar u aktar b’saħħithom minn pajjiżna għaddejjin minn sfidi kbar. Pajjiżi mimlijin riżorsi bħal Franza, Spanja u l-Italja bil-ħaddiema jipprotestaw fit-toroq filwaqt li jibqgħu jżidu fir-restrizzjonijiet.

Kuntrarju għal din is-sitwazzjoni, Schembri qal li pajjiżna taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela kien kapaċi jippreżenta budget mimli miżuri soċjali li se jkunu ta’ fejda għan-nies.

Il-Ministru żied ifakkar li fuq kollox dan huwa budget li mhux talli ma ħa xejn mingħand ħadd, iżda talli se jkun qiegħed jagħti lil kulħadd. 

Il-Ministru qal li minkejja n-negattività tal-Partit Nazzjonalista, b’aħbarijiet ta’ qtigħ il-qalb, Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela se jkompli jħabbar aħbarijiet sbieħ. Hawnhekk il-Ministru ħabbar li mit-Tnejn stess se jkomplu jiġu mħabbra aktar proġetti ta’ investiment f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport