Thursday, December 11, 2025

Partit Nazzjonalista li ma jirrispettax l-istatut tiegħu stess, aħseb u ara lill-poplu

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista b’serjetà kbira jinnota li l-Partit Nazzjonalista issa saħansitra qed jiskarta u jmur kontra l-istatut tiegħu stess.

Dan hekk kif ħareġ ċar, wara mistoqsijiet mill-midja, li l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Graham Bencini, ma jafx min hu l-awditur responsabbli biex jawditja l-kontijiet finanzjarji tal-PN, minkejja li suppost huwa l-persuna bir-responsabbiltà statutorja li taħtru.

Fil-fatt, dan joħroġ ċar minn paragrafu 71 (g) tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista li b’mod speċifiku jgħid li “il-Kunsill Amministrattiv għandu wkoll jaħtar Awditur Estern b’warrant maħruġ skont l-Att Dwar il-Professjoni tal-Accountancy biex jivverifika l-kontijiet tal-partit.”

Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista qed tkompli tikxef il-kuluri vera tat-tmexxija fid-Dar Ċentrali. 

Kif jista’ l-poplu jkollu s-serħan il-moħħ li Partit Nazzjonalista fil-Gvern iżomm mal-wegħdiet li jagħmel meta lanqas biss huwa kapaċi jirrispetta l-Kunsilliera fil-Kunsill Ġenerali u jimxi mal-istatut u l-istrutturi tiegħu stess?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport