Monday, December 23, 2024

Partit tad-double standards li jinjora aġir kundannabbli

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jinnota l-kundanna ċara tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) dwar l-attakk fuq ġurnalist ta’ ONE News waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista.

Dawn l-attakki m’għandhomx posthom f’pajjiżna u reġgħu ġraw fi spazju ta’ ftit jiem għat-tieni darba waqt attività tal-Partit Nazzjonalista fosthom minn uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa ta’ għajb, kif innota l-IĠM, li l-Partit Nazzjonalista lanqas imqar ħareġ jikkundanna dawn l-attakki li seħħew quddiemu wiċċu f’attività li organizza hu.

Filwaqt li l-Partit Nazjzonalista joqgħod jippontifika fuq il-libertà tal-espressjoni, qed jikxef kemm huwa partit tad-double standards u l-ipokresija, tant li fiż-żewġ inċidenti lanqas biss ikkundanna pubblikament dan l-aġir u uffiċjali tiegħu mblukkaw lill-ġurnalist isaqsi lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Wieħed jappella għall-maturità u l-kalma filwaqt li tiġi espressa s-solidarjetà mal-ġurnalisti ta’ ONE News Nolan Camilleri u Francesco Borg li kienu attakkatti separatament f’żewġ inċidenti f’temp ta’ ġimagħtejn.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport