Friday, November 15, 2024

Partita delikata għad-Danimarka kontra t-Tuneżija

Aqra wkoll

It-Tlieta, fis-2.00 pm, is-semi-finalisti tal-Euro 2020, id-Danimarka,  jiltaqgħu kontra t-Tuneżija minn Grupp D tat-Tazza tad-Dinja, hekk kif jimmiraw li jkomplu jissoktaw bil-momentum tagħhom fejn ġibdu s-simpatija ta’ kulħadd b’dak l-inċident ta’ Christian Eriksen meta sofra attakk f’qalbu waqt il-logħba kontra l-Finlandja, li iżda, b’xorti tajba ħaj­tu ġiet salvata.

Id-Daniżi huma favoriti wkoll li jkomplu javvanzaw sal-Aħħar 16 flimkien ma’ Franza. Iżda huma jridu jissuperaw lit-Tuneżija li huma meq­jusa bħala wieħed mill-aqwa timijiet tal-Afrika ta’ Fuq.

Rebħa hija mperattiva għaż-żewġ timijiet minħabba li mbagħad iridu jilagħbu kontra Franza, iċ-champions renjanti.

L-iskwadra Daniża hija msaħħa bir-ritorn ta’ Andreas Christensen li għadu kif irkupra għal kollox minn injury li sofra ma’ Barcelona.

Għat-Tuneżini, Ellyes Skhiri mistenni jilgħab bi protezzjoni f’wiċċu wara li sofra ksur fuq ħaddejh.

Ekonomija

Sport