Minn Grupp E, l-Erbgħa fis-2.00 pm, il-Ġermanja tiffaċċja lill-Ġappun f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata.
Il-Ġermaniżi jkunu qed ifittxu li jiksbu riżultati aħjar minn dawk tal-edizzjoni ta’ Russja 2018, fejn naqsu milli jikkwalifikaw mill-Fażi tal-Gruppi. Il-coach tagħhom Hansi Flick jimmiraw li jibda din il-kampanja b’rebħa … iżda l-ostaklu mhuwiex daqstant faċli.
Il-Ġappuniżi jibdew din il-logħba bħala underdogs, fejn tilfu kontra l-Kanada f’partita ta’ ħbiberija l-ġimgħa li għaddiet, iżda qed jittamaw li jinsew din it-telfa kemm jista’ jkun malajr, miħabba li se jkunu qed jiltaqgħu ma’ oppożizzjoni ferm diffiċli.
Għall-Ġermanja, Leroy Sane rritorna minn injury u għandu jibda fil-formazzjoni inizjali. M’hemm l-ebda kwistjonijiet oħra għall-iskwadra magħżula minn Flick, iżda wieħed ma jridx jinsa li Timo Werner u Marco Reus ġew esklużi mill-iskwadra finali minħabba injury.
Dan filwaqt li għall-Ġappun, Takuma Asano, għamilha fl-iskwadra finali iżda ilu mweġġa’ minn Settembru, u għalhekk hemm dubju dwaru. Huwa lagħab l-ewwel taqsima kontra l-Kanada f’partita ta’ ħbiberija.