Sunday, December 22, 2024

Partitarji Qatari jwieġbu għall-“ipokresija tal-Ġermaniżi”

Aqra wkoll

Waqt il-logħba bejn Spanja u l-Ġermanja, grupp ta’ partita mill-Qatar ġarrew posters bir-ritratt tal-eks player internazzjonali Ġermaniż, Mesut Ozil,  fi sforz biex jenfasizzaw l-ipokresija  tal-istess Ġermaniżi meta (qabel il-logħba kontra l-Ġappun) ipprotestaw kontra d-diskriminazzjoni li tiddomina fil-pajjiż tal-Qatar.

Qabel l-imsemmija logħba, il-players għattew ħalqhom bi protesta għad-deċiżjoni tal-FIFA li tipprojbixxi l-faxxa tal-captain ta’ OneLove li tippromwovi l-inklussività.

Il-korp governattiv tal-football mondjali beda jhedded li jimponi sanzjonijiet fuq dawk il-captains li kienu lesti li jilbsu l-faxxa bil-kuluri tal-qawsalla bħala simbolu kontra l-liġijiet kontra l-LGBTQ fil-Qatar.

Partitarji Qatari ġarrew posters ta’ Ożil li kien irtira mill-football internazzjonali, fl-2018, wara li akkuża lill-FA Ġermaniża ta’ razziżmu kontra tiegħu.

Huwa kien sostna li kien il-vittma wara l-eli­minazzjoni tal-Ġermanja mit-Tazza tad-Dinja 2018 li saret fir-Russja … b’tgħajjir ta’ razziżmu u disrispett. Huwa akkuża lill-uffiċjali Ġermaniżi b’nuqqas ta’ rispett minħabba l-għeruq Torok tiegħu biex l-eliminazzjoni nbidlet b’mod egoistiku fi propaganda politika.

Frażi ta’ Ożil li baqgħet famuża meta qal: “Ir-razziżmu m’għandu qatt qatt jiġi aċċettat.”

Ekonomija

Sport