Il-partitarji ta’ Paris St Germain urew strixxun offensiv fil-konfront tal-eks plejer tagħhom Adrien Rabiot u ommu waqt il-logħba li t-tim tagħhom kellu kontra Olympique Marseille u li rebħu bl-iskor ta’ 3-1. Immedjatament meta ġie espost dan l-istrixxun, intervjenew il-membri tas-sigurta’ li neħħewh fil-pront.
Kelliem mill-CUP, mill-ultras Pariġini qal li jinsabu rrabbjati għal Rabiot li qed jipprova jilgħabha tal-vittma meta kien plejer ta’ PSG.