Monday, November 11, 2024

Partitarji ta’ Sliema Wanderers jibku t-telfa tal-eks President tal-klabb

Aqra wkoll

Il-football Malti jinsab f’luttu hekk kif dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks president ta’ Sliema Wanderers, Robert Arrigo.

L-involviment tiegħu fl-amministrazzjoni tal-club bdiet bħala president, f’Jannar 1996, wara li kien irriżenja George Bonello Dupuis.

F’din il-kariga huwa ħadem għal 12-il sena konsekuttiva biex, fl-2007/08, is-suċċessur tiegħu kien Steve Abela.

Taħt it-tmexxija tiegħu, Sliema Wanderers rebħu erba’ titli tal-Premier League, darbtejn l-FA Trophies, darbtejn is-Super Cup, tliet darbiet il-Lowenbrau Cup, darbtejn it-tournament tas-Super 5, u darbtejn Euro Cups … b’total ta’ 15-il unur.

Sport