Sunday, November 10, 2024

Partitarju tar-rugby sospiż għal għomru wara li għamel il-bżonnijiet tiegħu fil-pubbliku

Aqra wkoll

Partitarju tar-rugby fl-Awstralja ġie sospiż għal għomru wara li għamel il-bżonnijiet tiegħu fil-pubbliku.

Dan il-partitarju ta’ 31 sena, li ismu ma ssemmiex, inġibidlu filmat jitla’ fuq il-bejt ta’ Sydney Cricket Ground waqt it-tieni taqsima tal-logħba bejn l-Awstralja u l-Ingilterra.

Meta lesta mill-bżonnijiet tiegħu u kien nieżel lura, huwa mill-ewwel ġie arrestat mill-pulizija fejn ġie akkużat b’manjiera offensiva f’post pubbliku u talli tela’ fuq post pubbliku mingħajr permess.

Huwa ngħata sospensjoni ta’ sentejn minn Sydney Cricket Ground iżda mbagħad huwa ngħata dik għal għomru minn Rugby Australia.

Rugby Australia fi stqarrija qalet li: “L-azzjoni deplorabbli ta’ din il-persuna li tela’ fuq il-bejt tal-istadium kienet waħda tal-mistħija u fl-istess waqt perikoluża.

“Għaldaqstant dan l-individwu ngħata sospensjoni ta’ għomor filwaqt li l-Assoċjazzjoni se tkompli tgħin lill-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet tagħhom.”

Sport