Tuesday, March 10, 2026

Partiti deċiżivi fil-futsal

Aqra wkoll

Matul il-ġimgħa ntlagħbu diversi partiti mill-aktar interessanti mill-kompetizzjonijiet tat-tazzi tal-futsal lokali, kemm fil-Laferla Futsal Trophy maskili kif ukoll fl-Enemed Trophy Femminili. Dawn il-konfronti kienu deċiżivi biex jiġu stabbiliti l-finalisti fil-kompetizzjoni femminili u s-semifinalisti fil-kompetizzjoni maskili.

Enemed Trophy Femminili

Fil-Enemed Trophy Femminili rajna żewġ semifinali ferm kompetittivi u bilanċjati.

Zero Sei Futsal irnexxielhom jegħlbu lil Luxol St Andrews Futsal bl-iskor ta’ 2-1 f’partita intensiva li baqgħet miftuħa sa tmiemha. Il-protagonista għal Zero Sei kienet Csik li skorjat doppjetta importanti biex assigurat post lit-tim tagħha fil-finali.

Fit-tieni semifinali, Swieqi United Futsal kellhom jirritornaw minn żvantaġġ biex jiksbu draw ta’ 1-1 kontra University of Malta Futsal Women. Il-partita baqgħet bilanċjata anke wara l-ħin barrani u għalhekk kollox kellu jiġi deċiż mill-penalties, fejn Swieqi wrew aktar kalma u preċiżjoni biex kisbu post fil-finali.

B’hekk il-finali tal-Enemed Trophy Femminili se tara lil Swieqi United Futsal kontra Zero Sei Futsal, partita li mistennija tkun waħda ferm mistennija u li se tintlagħab fis-26 ta’ Mejju.

Laferla Futsal Trophy

Il-kwarti tal-finali tal-Laferla Futsal Trophy offrew diversi logħbiet mimlijin azzjoni u gowls.

Futsal Selection U17 għelbu lil Zejtun Corinthians Futsal 4-2 biex għaddew għas-semifinali. Min-naħa tagħhom, Luxol Futsal — friski mir-rebħa tas-Futsal Super Cup Malta — kisbu rebħa dominanti ta’ 7-1 kontra Birzebbuga Futsal biex komplew il-momentum tagħhom.

Konfront ferm bilanċjat kien dak bejn University of Malta Futsal u Marsaskala Futsal, fejn il-Università kisbet rebħa drammatika ta’ 3-2 b’gowl fl-aħħar sekondi tal-partita. Fl-aħħar kwart tal-finali, Futsal Selection U19 irnexxielhom idawru riżultat negattiv tal-ewwel taqsima biex jegħlbu lil Sliema Futsal Fort Fitness 3-2.

Is-semifinali tal-kompetizzjoni maskili issa huma stabbiliti, b’University of Malta Futsal jiltaqgħu ma’ Luxol Futsal, filwaqt li Futsal Selection U17 jaffaċċjaw lil Futsal Selection U19 f’konfront bejn żewġ selezzjonijiet żgħażagħ li diġà impressjonaw tul il-kompetizzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport