Saturday, December 21, 2024

Party b’mużika għolja jitwaqqaf minħabba l-Garnija…. u l-parties b’mużika għolja li jaffettwaw lin-nies x’se jiġri?

Aqra wkoll

Proprju fl-aħħar sigħat ittieħdet deċiżjoni ta’ infurzar, li dwarha kienu ilhom isiru ilmenti. Din kienet tinkludi party f’mużika għolja u dawl f’nofs ta’ baħar. Il-party twaqqaf minn uffiċjali ta’ Transport Malta. Dan iżda ħoloq domanda oħra li sa issa għadha bla tweġiba. Residenti f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi, ir-Rabat, il-Mosta, Ħ’Attard u l-Belt Valletta fost oħrajn qegħdin jistaqsu meta se tittieħed azzjoni fuq stabbilimenti fil-viċinanzi tagħhom li jibqgħu għaddejjin b’mużika għolja kull tmiem il-ġimgħa.

Resident minn Ħaż-Żebbuġ qalilna li “fi tmiem il-ġimgħa aħna nisimgħu mużika qawwija minn stabbiliment li jinsab sew l-bogħod. Il-mużika tant tkun qawwija li jkollna nagħlqu it-twieqi. Immaġina fis-sħana tas-sajf. U billi ngħalqu it-twieqi il-problema ma tissolviex lanqas imma intaffu. Xbajna nilmentaw. Xbajna nirrappurtaw. Imma kull tmiem il-ġimgħa l-istess. Ħadt gost nisma’ li ħadu azzjoni biex jipproteġu l-Garnija. Hekk għandu jkun. Imma aħna r-residenti meta se jipproteġuna minn mużika għolja? Min se jieħu azzjoni?”

Intant ,embri ta’ Transport Malta u uffiċjali oħra tal-infurzar marru fl-inħawi ta’ tal-Bajja tad-Dwejra, f’Għawdex u waqqfu party li kien għaddej fuq żewġ jottijiet.

Dan sar wara rapporti mill-Malta Ranger Unit. Il-party twaqqaf għax kien hemm mużika ferm għolja u dawl qawwi ħafna wara nofsillejl. Dań hu meqjus bħala li xi ħaġa li Jttellef lill-għasafar protetti fiż-żona.

Irid jingħad li avviż li kien ħareġ fis-sena 2023 jagħmilha llegali li wieħed jagħmel storbju eċċessiv u dawl qawwi diz-zona fejn ikun hemm jistrieħu mal-lejl il-Garnija. Dan l-għasfur ġie protett bil-liġi hekk kif ibidu biss bajda waħda fis-sena, filwaqt li hi diġà diffiċli ferm biex dawn il-frieħ jirnexxilhom joħorġu mill-bejta bla problemi.

It-tniġġis tad-dawl li kapaċi jfixkilhom, b’riżultat li jtiru lejn l-art minflok lejn il-baħar hekk kif ifixklu d-dawl artifiċjali mad-dawl tal-qamar. Sfortunatament, dan iwassal biex ħafna minnhom jispiċċaw imutu fuq il-gżejjer Maltin qabel biss jilħqu jibdew il-vjaġġ tagħhom.

Ekonomija

Sport