Saturday, February 21, 2026

Paschalino Cefai jinżamm arrestat b’rabta ma’ akkużi ta’ vjolenza fuq is-sieħba 

Aqra wkoll

Paschalino Cefai ta’ 46 sena residenti iż-Żebbuġ Għawdex inżamm arrestat wara li kien mixli li kkaġuna ġrieħi gravi lis-sieħba.

Fil-Qorti, il-Proskeuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit spjegat li l-Pulizija li kienu stazzjonati fl-għassa ta’ Birkirkara waslilhom rapport li kien hemm argument f’residenza f’Birkirkara u li kien hemm ħafna għajjat. 

Ingħad li meta l-Pulizija waslet fir-residenza, il-Pulizija indunaw li s-sieħba ta’ Cefai kellha ferita li minnha kien ħiereġ ħafna demm u li xufftejha kienu kollha dmija. Dan filwaqt li Cefai sofra minn xi ġrieħi f’rasu. Il-Pulizija arrestat lil Cefai fuq il-post u imbagħad dan ittieħed l-Isptar minħabba l-istess ġrieħi li kellu f’rasu. 

Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, Paschalino wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih. Id-Difiża mmexxija mill-Mario Mifsud u Nicholas Mifsud għamlu talba sabiex Cefai jingħata l-kura meħtieġa fl-Isptar Mount Carmel 

L-Ispettur Omar Zammit għamel talba għal ordni temporanja ta’ superviżjoni fid-dawl tal-vizzju tax-xorb u sustanzi illeċiti kif ukoll talbet li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur il-mara.

Il-Maġistrat Elaine Rizzo ordnat li huwa jinżamm fl-Isptar Mone Carmeli u divjett fuq isem il-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport