Dalgħodu l-Qorti ta’ Għawdex fetaħ b’urġenza fejn mill-ġdid tressaq Paschalino Cefai ta’ 46 sena miż-Żebbuġ Għawdex.
Il-Prosekuzzjoni mexxija mill-Ispettur Keith Xerri akkużat lill-imputat li bejn Jannar u Novembru tal-2025 kien qiegħed idejjaq persuna li tgħix fl-inħawi tar-residenza tiegħu.
Ġie akkużat ukoll li kkaġuna lill-vittma biża’ li se tintuża vjolenza kontriha.
Hu ġie akkużat ukoll li fit-23 ta’ Ottubru li għadda għamel ħsara fuq kafetterija li tinsab fi Triq ir-Repubblika.
Paschalino ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu biex ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każi oħrajn.
L-imputat wieġeb mhux ħati filwaqt li l-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat.
L-Ispettur Keith Xerri mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li d-difiża tmexxiet minn Dr Anthony Stellini.

