Sunday, January 12, 2025

“Pass kbir imma baqa’ ħafna xi jsir”

Aqra wkoll

“Il-Qrati taghna qatt ma ghexu ġurnata bħalma għexna llum fl-awla tal-Qorti Kriminali. Mill-insulti ta’ filgħodu għall-ammissjoni ta’ ħtija ftit sekondi ilu”. Iddikjara dan l-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista u wieħed mill-Avukati difensuri tal-familja Caruana Galizia wara li l-ġuri li beda dalgħodu ntemm wara biss ftit sigħat.

Azzopardi qal li lejliet il-ħames anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, wara xhur u xhur u xhur ta’ xogħol, studju, riċerka, theddid u insulti, llum sar pass kbir biex issir ġustizzja.

“Baqa’ ħafna iktar. Imma naslu. Kburi u umli li kont hemm f’kull pass li għamilna mal-familja ta’ Daphne sa mill-ewwel sagħtejn wara li qatluha”, kompla Azzopardi filwaqt lill-Avukat Ġenerali Dr Philip Galea Farrugia għall-professjonalità tiegħu.

Sport