Mosta ………2
Melita ………0
Minn Cristian Muscat
Mosta għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.
B’din ir-rebħa l-Mostin għamlu pass kbir biex jikkwalifikaw għat-Top Six hekk kif l-aħħar logħba ta’ din l-ewwel fażi tal-Closing Round hija kontra Zabbar St Patrick … sfidanti diretti biex fit-tieni fażi jilagħbu mal-aqwa sitt timijiet.
Fil-vertiá, dan kien l-aħħar ċans għal Melita, għalkemm kien wieħed minimu, biex jibqgħu jisfidaw għall-ewwel sitta.
Iżda issa b’din it-telfa nqabdu fil-periklu li jispiċċaw mal-aħħar tnejn u jekk jiġri hekk ikollhom jilagħbu fil-play-offs għas- salvazzjoni.
Kienu Melita li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta meta Gonzales avvanza fil-kaxxa u venven xutt fil-baxx li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper David Udoh Akpan.
Fit-22 minuta, Matthew Debattista kellu xutt b’saħħtu li ġie salvat parzjalment minn Akpan, bil-ballun jintemm għand Yepes li mill-viċin tefa’ ftit barra.
Mosta wieġbu għall-ewwel darba fit-43 minuta meta Stephen Chiemezie avvanza fil-kaxxa u minn pożizzjoni angolata venven xutt b’saħħtu iżda falla l-mira.
Fil-45 minuta, Melita reġgħu heddew iżda x-xutt ta’ Karl Mohnani spiċċa barra.
Mosta fetħu l-iskor fit-52 minuta meta xutt ta’ NATHAN AGIUS minn barra l-kaxxa ħasad għal kollox lill-goalkeeper Andrzej Lubik, li ħarablu l-ballun minn idu u spiċċa fix-xibka.
Fid-69 minuta, kienu Mosta li resqu viċin meta Souleymane Kone avvanza max- xellug, għadda tajjeb lejn Giancarlo Goncalves li mill-viċin tefa’ għoli.
Fil-81 minuta, Mosta rduppjaw meta GIANCARLO GONCALVES avvanza fil-kaxxa u spara l-ballun għar-rokna tax-xibka.
Mosta komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afriyie, 5-Sasha Cachia, 6-James Arthur, 9-Souleymane Kone (8-Junior Eke Chukwuemeka 84), 10-Giancarlo Goncalves, 13-Clayton Failla, 21-Nathan Agius (7-Jamie Scerri 84), 29-Stephen Chiemezie (26-Prince Chibuzor 62), 31-Joao Victor De Souza Teixeira, 96-Konstantinos Lampsias (3-Matthew Bolanos Garcia 27) – Coach: Joseph Grech
MELITA: 12-Andrzej Aleksander Lubik, 3-Aldair Pena Simanca, 6-Jean Pierre Attard, 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 10-Matthew Debattista (7-Karl Mohnani 42), 11-Alan Borg Olivier (23-Paul Galea Testaferrata 79), 13-Marc van De Font Bovenkamp (21-Nick Cutajar 79), 19-Jesus Andres Yepez Morlets (22-Collins Gyamfi 62), 25-Gareth Barone, 27-Andres Camilo Sanchez Gonzales, 77-Santiago Martinez Perlaza – Coach: Clive Mizzi
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Paul Apap
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: N. Agius 52, G. Goncalves 81 (M)
AMMONITI: N. Agius, J. V. De Souza Teixieira (Mst), A. Simanca Pena (Mlt)