Tuesday, October 8, 2024

PASS PASS MAS-SEBĦ – MIXJA TA’ 24 SIEGĦA

Ġabra ta’ Fondi għat-Tfal li jgħixu fir-residenzi ta’ ‘Fondazzjoni Sebħ’.

Aqra wkoll

Lejn l-ewwel btala barra l-pajjiż għat-tfal!

Team Goddo, Round Table Malta u HSN Signs ħabbru mixja ta’ 24 siegha sabiex jinġabru fondi għat-tfal li jgħixu fir-residenzi ta’ Fondazzjoni Sebħ.

Fi tmiem il-ġimgħa tad-19 u l-20 ta’ Ottubru, 2024, Leanda Keith, Julian Muscat, Darren Aitchison, Raphael Borg Ellul Vincenti u Godwin Debattista, kif ukoll bl-apppoġġ ta’ Sophie Debattista u Colette Debattista, se jagħmlu mixja kontinwa ta’ 24 siegħa mingħajr ma jorqdu.

Il-mixja tibda s-Sibt 19 ta’ Ottubru fit-3.00 p.m. ġewwa l-port tal-Imġarr Għawdex, fejn se jgħaddu minn diversi lokalitajiet fosthom Marsalforn, Ta’ Pinu, u Victoria. Il-mixja ġewwa Għawdex tintemm lura fil-port tal-Imġarr. Minnufih jaqsmu l-fliegu u miċ-Ċirkewwa jerħula lejn il-Mellieħa, Ta’ Qali, Ħaż-Żebbuġ, il-Hamrun u Tas-Sliema, biex imbagħad il-mixja jispiċċawha fil-pjazza ta’ Buġibba l-Ħadd 20 ta’ Ottubru fit-3.00 p.m.

“Din is-sena erġajna għażilna li niġbru għall-NGO ‘Fondazzjoni Sebħ VO1622’, li jagħmlu xogħol eċċellenti mat-tfal li jgħixu fid-djar residenzjali tagħhom. Is-sena l-oħra, organizzajna Pass Pass Mas-Sebħ 2023, li kienet mixja ta’ 24 siegha imma kellna raqda ta’ 9 sigħat bejn is-Sibt u l-Ħadd. Hawnhekk konna ġbarna s-somma sabiħa ta’ €6,600, fondi li se jmorru għall-ewwel safra barra minn xtutna għal 41 tfal. Sabiex il-ħolma tat-tfal issir realtà, il-Fondazzjoni għandha bżonn madwar €30,000, u huwa għalhekk li se nagħmlu sfida hafna akbar din is-sena!” qalilna Godwin Debattista, l-organizzatur tal-mixja, li ser jagħlaq 61 sena fix-xahar ta’ Ottubru.

L-organizzatur qalilna li hemm diversi modi kif wieħed jista’ jgħin.

“Tista’ tiġi u timxi biċċa magħna jkun x’hin ikun. Importanti li tieħu ħsieb it-trasport tiegħek innifsek, kif ukoll iġġib x’tiekol u tixrob u li int responsabbli mis-saħħa u sigurtà tiegħek waqt il-parti li se timxi. Jekk tibgħatilna messaġġ fuq +356 79804811 jew email fuq [email protected], nagħtuk izjed dettalji.

“Tista’ wkoll ssegwina fuq ‘Social Media’ u tagħmel ‘share’ ta kollox li nippubblikaw. Facebook Account: Goddo Debattista, Facebook Page: Team Goddo, Instagram: Goddo Debattista.”

“Tista’ taghmel kontribut/donazzjoni lejn il fondi dedikati għall-ħolma tat-tfal billi żżur il-‘birthday pledge’ ta Godwin: https://sebh.mt/donations/godwin-debattistas-birthday-pledge-2024/

L-għajnuna tiegħek hija verament bżjonjuża u apprezzata ferm, u hekk il-holma tat-tfal tkun hafna eqreb li ssir realtà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport