Thursday, May 1, 2025

Pass sinjifikanti għat-tmiem tal-iskandlu globali ta’ pagi baxxi

L-ITUC tilqa’ l-programm ġdid tal-ILO… L-unjins imħeġġa jipparteċipaw

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn stimi jirriżulta li madwar id-dinja hemm madwar 664 miljun ħaddiema li ma jaqilgħux biżżejjjed paga biex huma u l-familji tagħhom joħorġu mill-faqar. Din hija realtà għal ħaddiem fuq kull ħamsa. Pass importanti u ta’ sinjifikat kbir għal miljuni ta’ ħaddiema madwar id-dinja huwa l-progamm ġdid imniedi mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) li fiċ-ċentru tiegħu hemm il-prinċipju ta’ pagi ġusti għal għixien diċenti. Permezz ta’ dan il-programm l-ILO se tagħti sostenn lill-pajjiżi u b’hekk nibdew nersqu aktar viċin biex ikun eradikat l-iskandlu tal-pagi baxxi.

Wara snin ta’ insitenza mill-unjins, l-ILO issa qiegħda toffri programmi tekniċi ta’ sostenn lill-gvernijiet u lill-imsieħba soċjali biex toħroġ stima u timplimenta pagi għal għixien diċenti. Din l-inizjattiva tkompli ssaħħaħ u tibni fuq il-konsensus milħuq fi Frar tal-2024 meta l-konstitwenti tal-ILO qablu li jagħtu gwida u jgħinu għall-implimentazzjoni tal-istimi tagħhom dwar il-kunċett u l-prinċipju ta’ pagi għal għixien diċenti. 

Appell lill-gvernijiet u lis-sidien tal-postijiet tax-xogħol

“Dan huwa pass ‘il quddiem tant mistenni li bih nassiguraw pagi ġusti għal għixien dinjituż għall-ħaddiema madwar id-dinja. Huwa skandlu li hemm mijiet ta’ miluni ta’ ħaddiema li huma mħallsa pagi tant baxxi li jgħixu fil-faqar. Dan il-programm ġdid huwa pass kritiku li jindirizza t-talbiet għal azzjoni konkreta li saru f’dawn is-snin kollha mill-unjins,” spjega s-Segretarju Ġenerali tal-ITU, Luc Triangle.

Min-naħa tiegħu Triangle għamel appell lill-gvernijiet u lis-sidien tal-postijiet tax-xogħol biex jingħaqdu fi djalogu soċjali ġenwin u biex jiżguraw li l-pagi għal għixien diċenti jsiru realtà. Dan billi jsaħħu l-pagi minimi nazzjoonali u jespandu l-ftehim kollettivi. Sostna li, “pagi diċenti huma rekwiżit għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklussiv. Il-ħaddiema diġà ilhom jistennew biżżejjed”.

Għodda ġdida għal ġustizzja fil-pagi

L-ITUC tara dan il-programm bħala għodda importanti ferm biex telimina d-diskrepanza li hemm bejn paga minima u paga għal għixien diċenti. Qiegħda tisħaq li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa tal-unjins għall-implimentazzjoni tal-programm li għandu jwassal għat-tisħiħ u r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni 131 dwar iż-żieda fil-pagi minimi tal-ILO. 

Dan il-framework, bl-involviment tal-unjins, huwa kruċjali biex ikun żgurat li l-pagi minimi nazzjonali jikkonsidraw l-għoli tal-ħajja u biex, fuq bażi regolari, ikun hemm titjib fil-livell t’għixien tal-ħaddiema u taal-familji tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport