Monday, March 3, 2025

Pass wara pass, qed inkompli nieħu esperjenza, nirrefja iktar logħob ta’ etajiet diversi – Debbie Tully

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imhabba tiegħek lejn il-waterpolo?

Minn etá żgħira kont inqatta’ ħafna ħin il-pitch ta’ Marsaskala ma’ sħabi. Konna nilagħbu dak iż-żmien u anke nsegwu l-waterpolo peró qabel il-waterpolo kien sport għas-sajf biss, Gost u pjaċir tiegħi it-tifel tiegħi beda jilgħab il-waterpolo u jien bis-saħħa tiegħu erġajt bdejt nilgħab ta’ etá kbira u għaqqadna t-tim ta’ Marsaskala erġajna. U bis-saħħa t’hekk għandi t-tifla wkoll tilgħab waterpolo!

Kif għazilt proprju r-refereeing?

Qatt ma ħsibt li kont se nidħol għal referee imma meta beda jagħfas iż-żmien u ma bqajtx nilgġab kont interesajt ruħi, peró, qatt ma ħsibt li kont se nkompli! 

Kif tħossok bħala mara tirrefja lill-irġiel?

Ma tagħmillix differenza, personalment!

Agħtina iktar dettalji rigward l-esperjenza tiegħek fir-refereeing sa issa kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna.

Avolja issa ili kwazi tliet snin nirrefja, l-esperjenza hija kruċjali, mort tliet tounaments barra minn Malta din is-sena, titgħallem ħafna. Inħares lejn il- futur biex inkompli nirrefja f’Malta f’diversi kategoriji, ħalli dejjem nitgħallem iktar kif ukoll bis-saħħa tal-kollegi tiegħi b’iktar esperienza u anke internazzjonali nieħu parir ta’ dak li nkun stajt nagħmel aħjar. 

Kif tqis il-livell tal-waterpolo lokali fil-preżent?

Li jinkwetani Malta mhux il-livell iżda iktar biex naraw iktar tfal jibdew jilagħbu l-waterpolo ħalli dejjem insaħħu l-livell ta’ dan l-isport għall-futur. 

U r-riżorsi (pixxini) fejn jintlagħab?

Iktar ma jkun hawn riżorsi, iktar aħjar ħalli tkun iktar faċli biex jintlagħab il- waterpolo u anke viċin tal-lokalitá tal-atleta.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fir-refereeing tal-waterpolo?

Pass wara pass, qed inkompli nieħu esperjenza, nirrefja iktar logħob ta’ etajiet diversi.  L- Esperjenza biex tirrefja internazzjonali hija waħda ta’ inkoraġġiment għalhekk dejjem nipprova ntejjeb il-wirjiet tiegħi. Ukoll nixtieq li ngħallem plejers iżgħar fl-etá kif jirrefjaw ħalli jibdew minn etá żgħira u jkollhom iktar iċ-ċans li jsiru referees internazzjonali u anke jitgħallmu jfhmu kif referee jara l-logħba u l-azzjonijiet. 

Għaddi messaġġ finali speċjalment lil dawk il-bniet u tfajliet li jixtiequ jibdew karriera ta’ referee fil-waterpolo.

Il-messaġġ tiegħi mhux għall-bniet u t-tfajliet biss, imma għal kulħadd. Il-waterpolo hija logħba sabiħa, bħala atleta tagħmlek dixxiplinat tiegħek innifsek. Bħala referee tgħallmek ħafna kif għandek temmen fik innifsek; żball ma jfissirx li int ħażina imma li tkun determinta li tisma’ ħalli tmur aħjar darb’oħra. Dejjem żomm tbissima fuq fommok!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport