Thursday, January 30, 2025

Passiġġier bi ġrieħi gravi wara inċident f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 28 sena u residenti ż-Żejtun, tilef il-kontroll tal-BMW li kien qed isuq u nqaleb. Fil-vettura kien hemm ukoll il-vittma.

Il-ġuvni ta’ 25 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport