Saturday, December 28, 2024

Passiġġier bi ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku fil-Marsa Ħamrun Bypass

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 sena resdent ż-Żejtun sofra ġrieħi ħfief wara li aktar kmieni dalggħodu, għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa Ħamrun Bypass.  

Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li kien hemm ħabt bejn karozza tas-servizz tat-tip Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vann tat-tip DAF li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti San Ġwann. 

Mas-sewwieq tal-karozza kien żewġ passiġġieri, raġel ta’ 37 sena u mara ta’ 30 sena, t-tnjen residenti ż-Żejtun.  II-passiġġier ttieħed l-isptar għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni dalgħodu: Ħabta bejn karozza tal-emerġenza u trakk fil-Marsa Ħamrun Bypass

Kien għall-ħabta tad-9.15am meta fil-Marsa Ħamrun Bypass sar inċident tat-traffiku bejn trakk u karozza tal-emerġenza.

B’mod immedjat fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li beda jassisti lis-sewwieqa.

Minħabba dan l-inċident, parti mill-bypass kellha tingħalaq għat-traffiku.

Aktar dettalji kif jaslulna …

Ekonomija

Sport