L-uffiċjali tat-Taqsima Kontra l-Ħasil tal-Flus sabu li l-passiġġier ma kienx qed jgħid il-verità meta wieġeb li fuqu kellu biss €4,000.
Minn din it-tweġiba l-uffiċjali għaddew għal tfittxija u b’kollox instabulu €11,430 mhux iddikjarati u skont il-liġi.
Dawk il-flus li qabżu s-somma tal-€10,000 kif permessa bil-liġi, ġew ikkonfiskati.