Saturday, November 16, 2024

Passiġġier fuq mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Tul il-Kosta

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 43 sena li kien passiġġier fuq mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tul il-Kosta.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li ġew informati bl-inċident għall-ħabta tal-11.30pm.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn Taljana ta’ 43 sena u Toyota Hiace misjuq minn raġel mill-Mali ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar. Fuq il-mutur kien hemm ukoll Niġerjan ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet in-Niġerjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport