Saturday, November 16, 2024

Passiġġier isofri ġrieħi gravi wara li vettura taħbat f’ħanut tal-ġojjellerija f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 26 sena min-Nepal sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 a.m. fi Triq Fleur De Lys.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li xufier ta’ vettura tat-tip Mazda Demio, raġel ta’ 24 sena min-Nepal, tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat f’ħanut tal-ġojjellerija.

Mas-sewwieq kien hemm żewġ passiġġieri oħrajn, b’wieħed minnhom jittieħed l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport