Uffiċjali tat-trasport Amerikani qabdu passiġġier li pprova jtella’ pistola fuq ajruplan billi jaħbiha f’tiġieġa nejja. Kienu l-uffiċjali tal-Amministrazzjoni tas-Sigurtà tat-Trasport (TSA) stazzjonati fl-ajruport ta’ Fort Lauderdale-Hollywood ta’ Florida li rnexxielhom jagħmlu din is-sejba.
Għalkemm l-armi tan-nar mhumiex projbiti fuq il-linji tal-ajru tal-Istati Uniti, dawn għandhom jinġarru f’bagalji rreġistrati u jridu jinħattu u jitqiegħdu f’kontenitur issiġillat. Is-sena l-oħra, TSA qalet li kienet qabdet numru rekord ta’ armi tan-nar minn fuq passiġġieri fl-ajruport tal-Istati Uniti.
Iżda d-dedikazzjoni tal-uffiċjali tat-TSA matul is-snin wasslet għal sejbiet strambi, li jvarjaw minn ‘chainsaw’ f’bagalja f’New Orleans, hand grenade misjuba fi New York u anke ‘meth burrito’ f’Houston.