Sunday, December 22, 2024

Passiġġier jitla’ abbord ajruplan tal-AirMalta bl-għasafar… u joħloq konfużjoni

Aqra wkoll

Dalgħodu titjira li kellha titlaq minn Malta lejn il-kapitali Spanjola Madrid kellha tittardja aktar minn 90 minuta wara li abbord l-ajruplan tela’ passiġġier li kien qed iġorr xi għasafar.

Sorsi qrib talk.mt qalulna li kienu l-membri tal-ekwipaġġ li ndunaw b’dawn l-għasafar u mill-ewwel informaw b’dak li sabu lil pilota.

Skont il-politika tal-AirMalta l-ebda passiġġier ma jista’ jkun li jġorr fuqu għasafar aktar u aktar meta dawn ikunu fil-kabina.

Il-pilota ta ordni biex dawn l-għasafar jitniżżlu minn fuq l-ajruplan bil-passiġġier jirrifjuta li jagħmel dan. Kien għalhekk li kellhom jissejħu l-membri tas-sigurta tal-ajruport u anke l-pulizija biex b’hekk mhux biss jitniżżlu l-għasafar, iżda wkoll jitniżżel il-passiġġier.

Sorsi qrib l-AirMalta qalulna li l-għeġeb tagħhom hu mhux li l-passiġġier tela’ bl-għasafar abbord, iżda kif irnexxielu jgħaddi mis-sistema tant tajba li hemm ta’ sigura li hemm fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-istess sorsi qalulna li hija normali li xi passiġġieri jkunu qegħdin iġorru xi klieb u qtates, iżda dawn ikunu qegħdin jagħmlu dan bil-permessi kollha meħtieġa. Wieħed jista’ jġorr ukoll għasafar, iżda mhux fil-kabina tal-ajruplan mal-passiġġieri. Jidher li dan il-passiġġier ma kellu l-ebda permessi li jagħmel dan u għalhekk ma jistgħux jifmhu kif għadda mis-sistema tas-sigurta.

S’issa mhux magħruf jekk l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u anke l-Air Malta hux se jiftħu investigazzjoni dwar kif il-passiġġier irnexxielu jasal bl-għasafar fuq titjira tal-linja tal-ajru Maltija.

Ekonomija

Sport