Ilyes Mokda, Franċiż ta’ 23 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi li fit-12 ta’ Lulju li għadda għall-ħabta tal-11.00am waqt li kien fuq titjira għal malta kien xurban u anke ħebb għal passiġġier ieħor.
Il-Prosekuzzjoni qalet li Mokdad aġixxa b’tali mod li seta pperikola s-sigurtà tal-ajruplan. Hu kien akkużat ukoll li kien fis-sakra u li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħfief lill-passiġġier ieħor li spiċċa vittma tiegħu.
Waqt it-titjira l-Fraċiż kien miżmum mill-membri tal-ekwipaġġ sakemm l-ajruplan għamel l-inżul tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Min-naħa tagħha d-difiża qalet li meta seħħ dan il-każ, il-Franċiż kien taħt l-influwenza tal-alkoħol. Kien wara l-ammissjoni tal-akkużat li l-Qorti sabitu ħati u kkundannatu sena ħabs sospiżi għal sentejn kif ukoll multa ta’ €8,000.