Thursday, December 26, 2024

Passiġġier “speċjali” fuq tal-linja fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Martine Patey sewwieq tal-karozzi tal-linja fi Brighton fir-Renju Unit ftit tal-jiem ilu tellgħet passiġġier “speċjali” li qatt ma kienet qed tistenna li jkollha wieħed waqt il-vjaġġi tagħhom.

Patey kienet qiegħda ssuq fit-toroq ta’ Brighton meta rat diversi sewwieqa jipprovaw jaqbdu nagħġa li kienet f’nofs tat-triq. Kien għalhekk li din is-sewwieq waqfet il-karozza tal-linja biex tagħti daqqa t’id.

Huma rnexxilhom b’xi mod iwaqqfu lin-ngħaġa sakemm waslu l-pulizija. Kien hawn li l-istess uffiċjali tal-pulizija ndunaw li ma kellhomx triq oħra ħlief li jitolbu lil Patey biex itella’ n-ngħaġa fuq il-karozza tal-linja u tmur biha fir-razzett.

Hi għamlet kif qalulha l-pulizija u ma setax jonqos li tieħu ritratt magħha “tal-okkażjoni”.

Ekonomija

Sport