Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:15 a.m., weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tromba, il-Marsa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Skoda Fabia misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Birkirkara, u Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi. Jidher li fil-ħin tal-inċident, ir-raġel ta’ 54 sena residenti Ħal Tarxien, li kien passiġġier fl-iSkoda, weġġa’ hekk kif kien ħiereġ mill-karozza.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.